Arriva may only have started providing transport services in Malta a week ago but so much has been said and written about it.

The new service has also inspired well known local author Trevor Zahra to write a poem about the new service.

The poem, which has been posted on Facebook, follows:

 

Dawra Bl-Arriva


Ftaht ghajnejja. Ftaht widnejja.

Imma l-ARRIVA meta gejja?

Jaqbez u jonfoh u jrewwah kulhadd…

ARRIVA… ARRIVA…

U ma tasal qatt.

 

Min-Naxxar ridt ninzel Birkirkara

U ntbaht kemm Malta veru fiha x’tara

Ghax morna l-Mosta

U araw xi grali

L-ARRIVA gibdet lejn Ta’ Qali;

U tlajna r-Rabat sa fuq nett nett

U qbadna r-rotta lejn il-Buskett…

“Please, Sur ARRIVA, kif mintix tara

Jien ridt biss nasal sa Birkirkara…!?”

 

Imma qaluli: “B’zewg ewro u ftit…

Hawn ara x’lussu… Nehduk fejn trid.

Hares ftit Malta… Kemm hi sabiha,

Qbadna triqitna, lejn il-Mellieha!

Ara l-ghelieqi… bil-gdur u l-basal…”

 

U Birkirkara? Meta se tasal?

 

Xejn thabblu raskom jekk taslu tard,

Ghax dina qisha l-Vapur ta l-Art,

Hekk nisthajjilna flimkien sejrin

Id-dawra ta’ Malta, ma’ tal-kazin.

 

Karozzi lussuzi… Spazjuzi… Enormi

Xufiera jitbissmu libsin l-uniformi,

U b’dak l-air condition ikessah kull hin…

Xi tridu aktar… Gesu’ Hanin…?

 

U bil-kumdita kollha’

Bla l-ebda xkiel jew saram

Hawn Mister, wassalniek Birkirkara…

U kwazi dalam!

Independent journalism costs money. Support Times of Malta for the price of a coffee.

Support Us